Institute of Family Therapy Malta

IFT-Malta welcomes you to Webinar 4 due on July 16th:

Read more...

Tilqim bla ħlas

Huwa pjaċir tagħna li ninfurmaw illi qed nikkollaboraw mas-sezzjoni tat-tilqim tad-Dipartiment tal-Kura Primarja sabiex noffru servizz ta’ tilqim fejn, min jitlaqqam ma’ jħallasx il prezz tal-vaċċin.

Read more...

Uzu ta' Facemask

L-użu ta’ facemask jew visor jibqa mandatorju għal min irid juża xi servizz mill-Professional Services Centre sa kemm jingħata avviż ieħor

Grazzi tal-kooperazzjoni

Read more...

Tibdil minħabba l-Pandemija tal-Covid 19

Bħalissa għaddejjin minn żminijiet straordinarji u stressanti għal kullħadd.

Kif ħafna minnkom jafu, dawn iċ-ċirkostanzi ġiegħlu lill kullħadd jadatta mill-aħjar li jista. Min ma jadattax ibati iktar.

Minkejja dan it-tibdil, nagħmlu dak kollu possibbli sabiex kullħadd jinqeda bl-aħjar mod possibli filwaqt li dejjem inżommu s-sigurta ta’ kullħadd u nnaqqsu l-perikli ta’ mard speċjalment infettiv bħal COVID 19.

 

Ħinijiet tal-uffiċċju

Bħala tobba tal-familja fil-Professional Services Centre aħna qed inkunu aċċessibli fl-istess ħinijiet iżda mportanti li wieħed jagħmel appuntament sew jekk filgħodu u sew jekk filgħaxija. Qed nagħmlu hekk sabiex nevitaw queues u stennija bir riskju t’ tixrid ta’ mard.

 

Introduzzjoni ta’ konsulti b’mod differenti.

Qed noffru sistema moderna u faċli sabiex wieħed jista jikkonsulta magħna mill kumdita ta’ daru permezz ta’ computer jew mobile. Din hija sistema ideali għal dawk il każi fej problem jistgħu jiġu riżolti b’dan il mod. Min juża dan is servizz jista juża Google Hangouts, Skype jew Facebook messenger. Min ikollu bżonn għinuna jista jċempel fuq 21453974. Għal iktar tagħrif żur http://bit.ly/pscgp

 

Ħu ħshieb saħħtek meta ma’ toħroġx?

Bħalissa ħafna nies mhux qed joħorgu mid dark if fill fatt huwa rakkomandat. Dan ifisser iżda li wieħed irid joqogħod ferm attent sabiex jieħu ħsieb saħħtu billi jżomm dieta tajba u eżercizzju li jinvolvi movement kif ukoll li jwebbes il muskoli bħal xi ‘weight training’ jew ‘resistance training’ – ara eżempju fuq https://www.healthline.com/health/exercise-fitness/strength-training-at-home#bodyweight-exercises . Jekk ma nieħdux ħsieb hemm riskji kbar ta’ problem fil muskoli u wgieħ

 

U issa li kullħadd moħħu fil Covid 19..xorta hemm x’tieħu ħsieb

Vera li bħalissa l-Covid 19 qiegħda fuq moħħu fuq il-Covid 19 iżda ma rridux ninsew aspetti oħra ta’ saħħitna. Hawn qed nalludu għal kontroll ta’ mard kroniku bħal diabete u pressjoni għolja kif ukoll tilqim speċjalment tal-ulied.

Ninkoraġġukom li tieħdu ħsieb u fejn hemm bżonn tagħmlu appuntament sabiex tiddiskuti direttament mat-tabib/a tal-familja tiegħek.

 

 

Nawgurawlkom is-Saħħa

 

 

Dr Wilfred Galea                                               Dr Corinne Markham

Read more...

Video Consultations

Book Online Video Consultation with Family Doctor - When unable to go out of doors

you can still get doctors’ advice…

Read more...
We use cookies to improve our website. Cookies used for the essential operation of this site have already been set. For more information visit our Cookie policy. I accept cookies from this site.Agree